
About
normancborg
Norman C. Borg għamel erbatax-il sena jgħallem fi skola primarja tal-gvern, sitt snin assistent kap ta’ skola u aktar tard sitt snin bħala uffiċjal edukattiv mad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni. Bħalissa jaħdem bħala għalliem tal-Ingliż fi skola tal-lingwi lokali kif ukoll bħala lettur mistieden fid-Dipartiment tal-Malti, l-Università ta’ Malta. Matul dawn is-snin kiteb bosta stejjer għat-tfal, ħafna minnhom ippubblikati fir-rivista Sagħtar maħruġa mill-Malta Union of Teachers. Huwa ko-awtur ukoll tal-ktieb Tużżana (Merlin Library, 1998).